“Esplorajna Ċ-Ċentru Ta’ Catania L-Lejl Li Għadda, U Ngħidilkom… Kompletament Issorprendiet Dak Kollu Li Kont Qed Nistenna” – Alan Montanaro

Alan Montanaro, il-preżentatur ta’ The Masked Singer Malta, kellu kelmtejn ta’ tifħir xi jgħid għaċ-ċentru ta’ Catania.

Hu kiteb, “Esplorajna ċ-ċentru ta’ Catania l-lejl li għadda, u ngħidilkom… kompletament issorprendiet dak kollu li kont qed nistenna. Hi mitluqa? Iva. Hi maħmuġa? Sfortunatament. Hi kkulurita, ħajja, u eċitanti? Assolutament. Hi awtentikament Siċiljana b’kull mod possibbli? Mingħajr dubju.”



Żied jgħid, “Hawn enerġija. Apparti l-knejjes antiki ta’ stil barokk u faċċati antiki, hemm street art ma’ kull kantuniera bi graffiti, kulur, u attitudni. Hu eċitanti mingħajr ma jiskuża ruħu.”



Kompla jikteb, “Catania mhix raffinata, imma għandha ruħ.”

Flimkien ma’ dawn il-kelmtejn, hu ppubblika ritratti l-ġmiel tagħhom ta’ dan il-post, li jkomplu juru kif kull rokna għandha l-ħajja b’xi mod jew ieħor.



Ritratti:

Facebook / Alan Montanaro

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI