“L-Iktar Mument Li Kont Kburi F’Ħajti Kien Meta Lestejt B’Suċċess Trapjant Tal-Kilwa” – Henry

Ta’ età żgħira, Henry kellu jaffaċja kumplikazzjonijiet ta’ saħħa li wassluh sabiex għal żmien twil l-isptarijiet ta’ Londra saru t-tieni dar tiegħu hekk kif kien proprju minn hemm li ħa l-kura li kien jeħtieġ sabiex illum il-ġurnata kiber f’żagħżugħ ta’ 13-il sena mimli ħajja u bil-ħolma li jsir pilota.

F’intervista li lbieraħ filgħodu hu ta lill-preżentatriċi Claire Preca Taroum waqt TVAM, Henry stqarr li llum il-ġurnata meta jħares lura jara li l-iktar mument ta’ ħajtu li fih ħassu kburi kien proprju meta lesta b’suċċess it-trapjant tal-kilwa; trapjant li kellu jagħmel minħabba mard kroniku.

Mistoqsi liema pajjiż jixtieq iżur, Henry fisser kif għandu l-ħolma li xi darba f’ħajtu jżur ir-Russja u b’hekk ikollu l-opportunità li jesperjenza l-kultura tant distinta ta’ dan il-pajjiż.

Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-intervista sħiħa.







Ritratti:

TVMi / TVAM u Facebook / Lorinda Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI