Il-Malta Rangers Unit esprimew id-diżappunt tagħhom wara li minħabba festin li seħħ mingħajr permess fit-Torri l-Abjad li huwa protett mil-liġi, sabu rwieħhom maqtulin żewġ qniefed hekk kif saqet fuqhom karozza hi u tielqa mill-istess festin.
Ġie spjegat kif l-organiżżaturi injoraw it-twissijiet u xorta għamlu l-festin, bil-Malta Rangers Unit issemmi li wara l-festin instab ammont sostanzjali ta’ skart, l-aktar fliexken tal-alkaħol użati.
Intant, il-Malta Rangers Unit saħqet li din in-negliġenza kompliet iżżid mal-ħsara ambjentali li diġà hemm fit-Torri l-Abjad li proprju għalhekk huwa protett minn Natura 2000. Huma ddeskrivew dan l-attaġjament bħala diżrispett lejn l-annimali li jabitaw fl-akwati.
Ritratti: Facebook / Malta Rangers Unit