Il-Ministru Byron Camilleri esprima l-ammirazzjoni tiegħu lejn żewġ uffiċjali tal-LESA li permezz tas-CPR irnexxielhom ikunu strumentali sabiex isalvaw raġel.
Jidher li dan il-ġest erojku seħħ fl-Iklin b’bosta jfaħħru dan il-ġest mill-isbaħ imwettaq mill-uffiċjali tal-LESA “waqt il-qadi ta’ dmirijithom”.
“Huwa f’mumenti bħal dawn li tapprezza aktar l-importanza tat-taħriġ u l-investiment fl-uffiċjali tagħna,” saħaq il-Ministru Byron Camilleri li wera gratitudni liema bħalha lejn dawn iż-żewġ uffiċjali.
Prosit tassew!