Kif tafu lbieraħ iċċelebra għeluq sninu s-surmast tant maħbub Lelio Spiteri. Milli jidher l-istudenti tal-iskola xtaqu juruh kemm iħobbuh u li ftakru fih, hekk kif preparawlu sorpriża għall-okkażjoni.
“Ħerqana u eċitati resqu lejja lejn tmiem l-assemblea ta’ filgħodu. F’idejhom bżieżaq u kartellun ta’ awguri f’għeluq snini. Wara ġew l-uffiċċju għal ritratt uffiċjali. Ġesti żgħar sempliċi imma ħerġin mill-qalb. L-imħabba hija l-pedament ta’ kollox, anke tal-iskola familja tagħna.”
Awguri mill-ġdid Lelio!