F’Malta Se Jerġgħu Jkunu Permessi Attivitajiet Soċjali, Sportivi U Kulturali F’Bubble Ta’ 100 Ruħ

Wara li konna ilna xhur neqsin minn diversi attivitajiet fejn wieħed jiltaqa’ ma’ ħaddieħor waqt xi attività, issa dan ser jerġa’ jkun possibbli.

Ġie mħabbar mill-awtoritajiet tas-saħħa li ser jingħata l-permess sabiex isiru attivitajiet, fejn fihom ikunu jistgħu jattendu mal-100 persuna. Dawn l-attivitajiet jinkludu t-teatru u mużika, konferenzi, attivitajiet sportivi, kulturali, u artistiċi.

Dawk il-postijiet li jkunu jesgħu mijiet ta’ nies se jkollom il-permess li jorganizzaw aktar minn attività waħda fl-istess ħin jekk f’dawn l-attivitajiet ikun hemm sa massimu ta’ 100 persuna.

Dan se jkun permess minn nhar it-Tnejn, ħamsa ta’ Lulju. Fid-19 ta’ Lulju l-massimu ta’ nies jitla’ għal 150 persuna u mit-tnejn ta’ Awwissu għal 200 persuna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI