Il-ġenituri ta' Faith saħqu kif filwaqt li l-kundizzjoni tad-down syndrome tagħmel lil binthom differenti, madankollu żgur li ma tagħmilix inqas minn ħaddieħor.
"L-identità tagħha bħala Faith ma ddurx madwar il-kundizzjoni tad-down syndrome biss," spjegaw il-ġenituri tagħha fejn fissru kif binthom għalihom tfisser kollox.
"Aħna nħobbu lilha u l-personalità sabiħa tagħha," temmu jisħqu l-ġenituri tagħha fejn semmew kif ix-xahar t'Ottubru li ninsabu fih bħalissa jfittex li jqajjem kuxjenza dwar proprju dan.
Prosit tassew!
Facebook / Up & Up with Faith