Familja Maltija Tagħti Tama Ġdida Lil 6 Persuni Wara Li Taw L-Organi Ta’ Missierhom B’Donazzjoni

Għall-familja Sammut il-mewt ta’ missierhom kienet aħbar ta’ niket li ħalliethom ilkoll maħsudin, iżda huma għarfu jibdlu din l-aħbar ta’ dieqa f’waħda ta’ tama għal ħaddieħor.

Dan hekk kif ħadu d-deċiżjoni li jagħtu l-organi ta’ missierhom bħala donazzjoni u b’hekk taw tama ġdida lil sitt persuni differenti li kienu fi bżonn ta’ trapjant.

Fuq il-midja soċjali l-familjari fissru s-sodisfazzjon tagħhom li anke wara mewtu missierhom baqa’ jkun ta’ għajnuna għal ħaddieħor. Żvelaw li sal-bieraħ stess diġà ngħata l-ewwel trapjant.

Matul dawn l-aħħar jiem, missierhom ġie deskritt minn bosta bħala raġel bieżel, ferrieħi u umli. Kien hemm min semma li jiftakru jbigħ il-ħaxix fix-xatt tal-Gżira.

Hu mistenni jingħata l-aħħar tislima proprju għada fil-Bażilika ta’ Sant’Elena ġewwa Birkirkara fl-10:00.



Jistrieħ fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Anthea Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI