It-tim tal-Gwida sab filmat li probabbli ħa jinteressa ħafna lis-segwaċi tagħna! Louise Doneo ħafna jafuha fuq it-televiżżjoni bħala attriċi u preżentatriċi iżda jidher li lura għas-sena 1997 kienet ukoll provat il-kant.
Louise kienet ħadet sehem fl-Għanja tal-Poplu tal-1997 bil-kanzunetta Fantasiji. Kanzunetta li kienet miktuba minn żewġha Mark Doneo. Infatti meta wieħed iħares sew lejn il-filmat, jista’ jara wkoll lil Mark li qiegħed jagħmel il-backing vocals fl-istess kanzunetta.
Il-filmat għadda minn fuqu 24 sena. Ikollna nistqarru li kellha vuċi ħelwa u hi tassew ħasra li ma tantx rajnieha aktar tkanta lil Louise. Jidher li għalkollox tinqala u Mark b’xejn inqas!
Wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni li jmiss tal-Għanja tal-Poplu billi jidħol HAWN.
JJ Chircop – Facebook / Louise Doneo