Jekk inti midħla tat-televixin Malti, żgur li taf min hi din il-personalità! Ilkoll nafu kemm Joseph ta’ Liquorish iħobb is-safar u l-avventuri għax ilna narawh fuq Liquorish għal diversi snin!
Bħalissa Joseph jinsab ġewwa t-Tajlandja! Iżda din id-darba mhux qiegħed mat-tim u l-parteċipanti ta’ Liquorish. Jinsab fl-Asja flimkien ma’ martu u ibnu!
Fuq il-midja soċjali tiegħu, Joseph tella’ diversi ritratti tiegħu, flimkien mal-familja tiegħu li jixhdu kemm it-Tajlandja hu pajjiż meraviljuż. Apparti minn hekk dan jista’ jikkonfermahulna Joseph innifsu għax wara ħmistax-il sena ddeċieda li jerġa’ jżur dan il-pajjiż! U int, titħajjar tmur it-Tajlandja?
Facebook / Captain Jo / Joseph Liquorish