Festa Ġewwa L-Happy School Fir-Rabat Għawdex

Il-Happy School ġewwa r-Rabat, Għawdex hi post fejn l-istudenti mhux biss jitgħallmu imma wkoll jieħdu gost, jiċċelebraw u jitilgħu f'ambjent uniku. Is-surmast tal-iskola, Lelio Spiteri dejjem jara x'ħa jivvinta u mhux l-ewwel darba li anke kellu xi mistiedna fl-iskola. Mistiedna li kellhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-istudenti kollha.

Illum l-iskola iċċelebrat festa, festa li tgħaqqad lil kulħadd flimkien. Hemm numru ta' studenti li ġejjin minn irħula differenti f'Għawdex u 'l bogħod minn kull pika, illum l-istudenti kellhom iċ-ċans jiċċelebraw flimkien. Jiċċelebraw b'armar tal-festa provdut mill-għaqdiet tal-armar ta' San Ġorġ u Santa Marija.

Jekk qed taħsbu li din l-ewwel darba li qed issir, sejrin żball. Din hi t-tielet darba li l-iskola qed torganizza dan il-jum speċjali. It-tbissima fuq wiċċ it-tfal kienet evidenti u mir-ritratti li tellgħat l-iskola fuq il-paġna ta' Facebook tagħha, jidher biċ-ċar li kien hemm ċelebrazzjoni sabiħa fejn kulħadd iddeverta flimkien.

Jidher biċ-ċar li kien hemm splużżjoni ta' kuluri, logħob tan-nar fuq skala żgħira u ma setax jonqos li l-marċi tal-banda jindaqqu mhux fuq l-ispeaker tal-iskola. Briju u ambjent tipiku ta' festa Maltija, jew aħjar Għawdxija. Għandna bżonn inżommu tradizzjonijiet bħal dawn ħajjin u nippreżentaw bħala ċelebrazzjonijiet ta' ferħ fejn kulħadd jieħu gost fihom.

Facebook / Gozo College Rabat Primary - The Happy School

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI