Iż-żeffien u korjografu lokali Christian Scerri qasam messaġġ iddedikat lil martu Emily Scerri, hekk kif il-koppja qed tiċċelebra l-anniversarju tagħhom minn meta bdew joħorġu flimkien.
Christian, li huwa magħruf sew fix-xena lokali taż-żfin u huwa d-direttur ta’ Southville Dancers, għażel li jfakkar din il-ġurnata speċjali b'messaġġ qasir mimli mħabba lejn il-persuna li ilu jaqsam ħajtu magħha.
"Għaddew 22 sena mill-ewwel ħarġa tagħna. Awguri fl-anniversarju, Emilu; inħobbok," kiteb Christian. Żgur li dan hu perjodu f'ħajjithom li jibqgħu tant jgħożżu.
Nawguraw lil Christian u Emily aktar snin mill-isbaħ mimlijin imħabba, kuntentizza u memorji sbieħ flimkien!