L-Attur U Preżentatur Jamie Cardona Jagħlaq Sninu – Rebbieħ Ta’ Mużika Mużika U Personalitá Maħbuba Immens

Jamie Cardona

Illum l-attur u preżentatur Jamie Cardona jagħlaq 26 sena. Ta' kuljum Jamie qed jippreżenta l-programm ta' filgħodu tal-istazzjon tar-radju 89.7 bay flimkien ma' Wayne u Lara - Bay Breakfast.

Sena ilu Jamie rebaħ il-ħames edizzjoni ta' Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta Stajna Konna Aħna.

Jamie kien ukoll il-moħħ wara s-sensiela komika Illaħwa li kienet ixxandret fuq it-televixin Malti fl-2021. Matul is-snin ħa sehem f'numru ta' produzzjonijiet fosthom Triq is-Sebgħa, Nostalġija, L-Għarusa kif ukoll F'Salib It-Toroq.

Awguri mill-qalb Jamie!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI