Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu l-Eks Deputat u Eks Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi qasam messaġġ biex jawgura lil oħtu Sor Alessandra f’għeluq sninha.
Fil-kitba tiegħu, huwa esprima x-xewqat ta’ saħħa, barka, hena u paċi, filwaqt li faħħar il-bontà u d-dedikazzjoni ta' oħtu l-għażiża.“Għażiża oħti, illum f’jum Miliedek nixtiequlek kull saħħa, barka, hena u paċi f’qalbek,” kiteb Azzopardi. "Kompli ħobb, agħder u emmen f’dak kollu li hu sewwa," żied jgħid.
Fost l-aktar kliem emozzjonanti, huwa ddeskrivieha bħala eżempju ta’ servizz u ġenerożità: “Fik nara l-mera tal-bontà u l-għotja tas-servizz fi Kristu l-għarus tiegħek.”
Il-messaġġ intemm b’tislima mill-familja: “Inħobbuk. Ħuk, Maria u Lincoln xxx.” Filwaqt li awgurawlha l-isbaħ xewqat, irnexxilu jwassal apprezzament kbir lejn dawk kollha li bħal oħtu jiddedikaw ħajjithom għal ħaddieħor.
Facebook/ Charles Azzopardi