L-Influencer Rodianne Polidano, magħrufa minn ħafna bħala Rodianne ta' Tiktok qasmet messaġġ mas-segwaċi tagħha fejn esprimiet l-eċitament li qed tħoss hekk kif se tibda vjaġġ lejn Brussell,
Rodianne se tkun waħda fost influencers oħra Maltin li se jkunu mistennija jattendu l-Content Creator Summit 2026 ġewwa l-Parlament Ewropew. Fil-bidu tal-messaġġ tagħha Rodianne kitbet “BRUSSELS, HERE I COME!!!”, akkumpanjati minn diversi emojis li jirriflettu l-ferħ u l-eċitament li qed tħoss. "Il-bagalji huma lesti u ninsab grata għal din l-opportunità," żiedet tgħid hekk kif iddeskriviet dan il-vjaġġ bħala avventura speċjali.
L-okkażjoni tpoġġi l-attenzjoni fuq il-qasam tal-ħolqien tal-kontenut diġitali u r-rabta tiegħu mal-istituzzjonijiet Ewropej. Fis-summit tas-sena preċedenti, fl-2025, parteċipanti Maltin kienu ħadu sehem f’diskussjonijiet u workshops dwar suġġetti bħall-komunikazzjoni diġitali u r-responsabbiltà onlajn, skont l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.
Rodianne temmet il-messaġġ tagħha b’ħerqa "għal esperjenzi ġodda, opportunitajiet interessanti u memorji li jibqgħu magħha." Il-pubblikazzjoni tagħha wasslet sens ta’ ottimiżmu hekk kif se tkun qed tagħti bidu għal dan il-vjaġġ.
Facebook/ Rodianne Polidano