“Fil-Gżejjer Maltin Is-Sħana Sajfija Se Tibda Tikkarga Minn Ġunju” – It-Temp Madwarna

Qegħdin qrib Ġunju u ħafna jkunu ħerqana li jinżlu jgħumu u jibdew igawdu t-temperaturi sħan. Jidher li ftit lil hinn minnha, it-temp sħun ħakem u ħakem sew. Il-paġna tat-temp jgħaddulna l-aġġornamenti tagħhom u jgħidulna x’għandna nistennew aħna f’Malta!





Il-paġna It-Temp Madwarna tikteb, “L-ewwel mewġa ta’ sħana fi Spanja 🇪🇸 u l-Portugall! Fil-gżejjer Maltin 🇲🇹 is-sħana sajfija se tibda tikkarga minn Ġunju, b’temperaturi massimi qrib it-30°C il-ġimgħa d-dieħla u l-ewwel mewġa ta’ sħana possibbli qrib is-Sette Giugno.”

Il-paġna Aġġornament tat-Temp fuq il-mezzi soċjali tagħhom ukoll taw aġġornament fuq dak li għaddej fi Spanja u l-Portugall. Huma kitbu, “Daqxejn informazzjoni fuq Spanja u l Portugall. Għamel xitwa b’rekord ta’ xita speċjalment fuq Spanja. L-ewwel ‘heatwave’ fuq din iż-żona. Temperaturi elevati (għoljin). Għal tmiem il0ġimgħa. Dik ta’ billejl ser tinżel 25°C biex ikolkom idea fuq hiex qegħdin nitkellmu.”

Huma jżidu, “Din mhux ser ikollha effett dirett fil-Mediterran però ser iġġib temp ħafna stabbli fuqna u b’nuqqas ta’ riħ minn nhar il-Ħadd li ġej. Issa d-domanda ser tkun, resqin lejn temp sajfi (Ġunju qegħdin) jew irridu naraw hux ser jinħoloq maltemp bit-tibdil fit-temperatura fi ftit ġranet? Li hu żgur li anki għal ġimgħa dieħla ma hemmx xi xita prevista.”

Ħa tibdew tgawdu t-temp u l-baħar?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI