Proprju fil-ġurnata tal-Milied mijiet ta’ voluntiera ngħaqdu flimkien sabiex jaraw li jwasslu ikla sħuna u bnina lil dawk il-persuni fil-bżonn li sfortunatament ma setgħux ikunu preżenti lanqas għall-ikla li organizzaw il-Caritas.
“Il-voluntiera ltaqgħu ma’ nies li kienu qed jgħixu l-Milied waħedhom jew f’diffikultà, u għal ħafna kienu l-uniċi viżitaturi dakinhar,” spjegaw l-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq il-midja soċjali.
Ġie spjegat li din l-inizjattiva setgħet biss tieħu l-ħajja bis-saħħa tal-Kċina ta’ Marta li ħadet ħsieb tħejji l-ikliet meħtieġa għal dawn il-persuni fil-bżonn.
Prosit tassew!
Facebook / L-Arċidjoċesi ta’ Malta