Fil-Ħarġa Li Jmiss Tal-Gwida – Nicole Vella Ir-Rebbieħa Ta' Miss World Malta

Fil-ħarġa li jmiss tal-Gwida, ħa niltaqgħu ma' Nicole Vella, li rebħet l-ewwel konkors tas-sbuħija li qatt ħadet sehem fih u se ssib ruħha tikkompeti f'isem Malta, f'Miss World. Nicole titkellem magħna dwar il-preparamenti li qed tagħmel, kif ukoll dwar il-kant u ż-żfin li t-tnejn huma passjonijiet ferm għal qalbha.

Ma stajniex ma nsaqsux lil Nicole dwar il-fatt li tiġi bint il-kantanta Debbie Scerri u l-imħabba li l-familja tagħhom għandhom lejn l-arti u l-festival tal-Eurovision Song Contest, festival li ommha ħadet sehem fih lura fl-1997 qabel Nicole kienet biss twieldet! Nitkellmu wkoll ma' Nicole dwar iz-ziju Jason fost affarijiet oħra.

Dwar dan u ħafna aktar fuq il-Gwida ta’ din il-ġimgħa, li tistgħu ssibuha għall-bejgħ minn nhar l-Erbgħa 21 ta' Awwissu.

Facebook / Miss World Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI