Fil-Ħarġa Tal-Gwida Li Jmiss Andrea Cassar U R-Rebbieħa Ta’ Liquorish Il-Boċċ U L-Booster!

Fil-ħarġa li jmiss tal-Gwida, ħa niltaqgħu mal-preżentattriċi ta’ Liquorish u nsiru nafu ftit aktar dwar dak kollu li jirrekjedi programm ta’ dan it-tip. Andrea tkellimna wkoll dwar il-preparamenti u t-tibdil li jagħml sena wara oħra, biex il-parteċipanti ma jkunux jafu x’ħa jiġri. Tiddiskutu magħna wkoll kif jagħżlu l-famuż post sena wara sena – mhux għażla faċli xejn.

Apparti minn ma’ Andrea, niltaqgħu ukoll mar-rebbieħa ta’ din l-edizzjoni l-Boċċ u l-Booster, l-aħwa inseparabli li serqu l-attenzjoni tat-telespettaturi bil-karattru tagħhom. Jitkellmu magħna dwar din l-avventura u dak li għaddew minnu tul il-vjaġġ ta’ Liquorish. Jgħidulna xi sfidi affaċċaw u x’qed iħejju għall-futur.

Ritratt: Facebook / Liquorish

Dan u ħafna aktar fuq il-Gwida ta’ din il-ġimgħa li tistgħu ssibuha għall-bejgħ minn nhar l-Erbgħa 17 ta’ Lulju.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI