Mument ta’ ferħ u kburija għal Francesca Rausi, li kisbet suċċess ieħor f’ħajjitha wara li rebħet midalja tal-bronż fl-Special Olympics European Swimming Open Malta 2026.
F’messaġġ sabiħ fuq il-midja soċjali, ommha Michelle Rausi qasmet il-ferħ tagħha wara din il-kisba importanti ta’ bintha. Michelle kitbet li llum Francesca wettqet ħolma, hekk kif kisbet it-tielet post f’din il-kompetizzjoni internazzjonali.
Francesca bdiet titħarreġ mal-Special Olympics Malta erba’ xhur ilu biss, u minkejja dan il-perjodu relattivament qasir, irnexxielha tilħaq il-podju f’kompetizzjoni Ewropea.
"Illum wettaqt ħolma. Irbaħt midalja tal-bronż fil-kompetizzjoni tal-għawm Special Olympics European Swimming Malta Open 2026… Grazzi talli għamiltu dan possibbli! Grazzi kbira lil ommi u missieri talli jagħmluli ħajti sabiħa."
Fil-messaġġ tagħha, Michelle irringrazzjat lil Anna Calleja, Christabelle Damato, Anna u lill-kowċis u l-voluntiera kollha li ħadmu ma’ Francesca, u li tawha l-appoġġ u l-inkoraġġiment meħtieġ biex tkompli temmen fiha nnifisha.
Bravissima bħal dejjem Francesca! Int tassew ispirazzjoni!