Fil-Proġett Pawla Terġa Tiltaqa' Mal-Baqar… "Malli Rajthom Għedt Ġejja Tiegħi"

Illejla huwa l-aħħar programm mis-sensiela 'Il-Proġett' li kien qed jixxandar fuq TVM. Fost il-parteċipanti f'dan il-programm hemm Pawla (dik li kienet ħadet sehem fl-Liquorish). Bhal ma kien ġrala meta kienet marret Liquorish Pawla tiltaqa ma' baqra oħra!

Jekk forsi nsejt x'kien ġara ha nfakruk ftit:

Fil-Proġett Pawla tiltaqa' mal-Baffalos u jkollha taħlibhom! Staqsejna lil Pawla jekk kinitx diffiċli u qaltilna... "Le ta naqas xejn, kien mument ħelu, malli rajthom għedt ġejja tieghi għax l-aħħar darba li kont viċin baqra ħarbet bijja, din id-darba mort aħjar."

Pawla tgħidlna li tħobbhom ħafna l-annimali... "Għal qalbi għandi ħafna l-annimali u għalkemm miniex f’xi għaqda partikolari ilni għal dawn l-aħħar 15 il-sena nitma' u nikkura klieb u qtates stray".

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI