Fost dawk li qegħdin jigradwaw bħalissa hemm il-kantanta lokali Rachel Lowell, li narawha tipparteċipa f’diversi festivals lokali, kemm individwalment kif ukoll fi ħdan il-grupp Malti, MARA.
Hekk kif Rachel kisbet dan is-suċċess fl-istudji tagħha, ommha Michelle Lowell kitbitilha messaġġ biex tifirħilha u tesprimi kemm huma kburin biha. “Mument mill-isbaħ kemm aħna kburin bik – Filli żgħira naqrawlek il-kotba ta’ Ġiġi, u filli narawk tigradwa fil-qasam tal-Ligi. Awguri kbira Rachel, inħobbuk ħafna,” tikteb Michelle.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura mill-qalb lill-kantanta lokali Rachel futur mill-isbaħ! Prosit!