Peter Galea Jirbaħ L-Aqwa Attur Għal ‘Unur, Fama u Glorja’ fl-Alġerija

Mument ta’ kburija għall-attur Malti Peter Galea, li ġie ppremjat bħala l-aqwa attur fil-Timimoun International Short Film Festival fl-Alġerija, għall-irwol tiegħu fil-film Unur, Fama u Glorja.

Il-film, maħluq minn Fabrizio Fenech, jagħti ħajja lil storja mimlija emozzjonijiet u wġigħ. Galea interpreta lil Pawlu, kowċ tal-boxing li ħajtu tinbidel għal kollox wara li ibnu jispiċċa f’koma. Minn hemm tibda battalja personali ta’ niket, sens ta’ ħtija u awtodistruzzjoni.

Għal Peter, dan il-premju mhux biss jirrappreżenta rikonoxximent għat-talent tiegħu, iżda wkoll il-frott ta’ ħidma u dedikazzjoni biex jagħti ħajja lil karattru tant kumpless u emozzjonanti. F’kelmtu ta' ringrazzjament, huwa rrikonoxxa l-fiduċja li wera fih Fabrizio Fenech u d-direzzjoni tiegħu, li għenitu jersaq dejjem aktar lejn il-viżjoni tal-film.

Rebħa li bla dubju ġġib magħha ħafna kburija għal Peter, għall-film u għal dawk kollha li ħadmu fuqu.

Ritratt:

Facebook/Roughcut Films

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI