Dan Il-Prodott Li Jiġi F’Kuntatt Mal-Ikel M’Għandux Jintuża – Jista’ Jkun Hemm Migrazzjoni Ta’ Arseniku Fl-Ikel Waqt Li Jintuża

tagen

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF), l-imsemmi prodott li jiġi f'kuntatt mal-ikel m'għandux jintuża minħabba li nstab li waqt l-użu jista' jkun hemm migrazzjoni ta' Arseniku fl-ikel.

L-esponiment fit-tul għall-arseniku ġie assoċjat ma' bosta effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż ir-riskju li jiżviluppaw ċertu tipi ta' kanċer.

Dan l-avviż japplika għall-prodotti mixtrija bejn Jannar 2020 u Ġunju 2026.​

  • Deskrizzjoni tal-oġġett: Taġen tal-ħadid fondut ​
  • Ditta: Napoleon ​
  • Kodiċi tal-prodott: 56003 ​
  • EAN: 629162560032 ​
  • Oriġini: Il-Kanada ​

Il-konsumatur m'għandux juża dan l- oġġett u huwa mitlub jew jarmi l- oġġett indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah. Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal- Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI