Is-sena skolastika waslet fi tmiemha u s-Surmast Lelio Spiteri qasam messaġġ mimli gratitudni u riflessjoni dwar ix-xhur li għaddew.
Huwa qal li din is-sena kienet mimlija mumenti sbieħ li ġabu ferħ u tbissima, iżda wkoll sfidi li għenuh jikber. Minkejja kollox, sostna li l-pożittiv dejjem rebaħ u radd ħajr lil Alla talli baqa’ miegħu tul il-vjaġġ kollu billi ssapportjah u ħabbu f'kull mument.
Lelio Spiteri esprima wkoll l-apprezzament tiegħu lejn l-edukaturi u l-ħaddiema tal-iskola, li jqishom bħala ħbieb, u li dejjem offrewlu sapport, kliem ta’ kuraġġ u ġesti ta’ mħabba li jfissru ħafna, tant
L-aktar ringrazzjament tiegħu kien indirizzat lit-tfal, hekk kif fuq il-midja soċjali kiteb hekk: "Fuq kollox grazzi lilkom tfal tal-preżenza ferriħija tagħkom, tal-enerġija, tal-entużjażmu, tat-tbissima, tal-imħabba sinċiera. L-iskola mingħajrkom tkun bla ruħ, bla ħajja, bla gost. Intom timlew wisq lil ħajti".
Temm billi awgura vaganzi sbieħ lil kulħadd u ħares ’il quddiem għal sena skolastika oħra.
Facebook/Lelio Spiteri