Mariska Vella, omm il-mibki Jake Vella, kitbet messaġġ mill-qalb, mill-esperjenza tagħha ta' meta sabu li kellha kanċer.
"Għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider. Fl-2020, irriżultali li kelli kanċer tas-sider. Il-vjaġġ tiegħi ma kienx faċli, kimoterapija, kirurġija, radjazzjoni, u 18-il xahar ta’ kura minn ġol-vina. Tlift xagħri, ħajti nbidlet, u kollox sar iktar diffiċli. Fl-istess ħin, kelli lil ibni Jake li kien jgħix b’kundizzjoni rari ħafna, u madankollu dejjem ippruvajt nibqa’ pożittiva għalih, għal żewġi Josie, għall-familja tiegħi, u għalija nnifsi."
Għal Mariska din kienet fost l-aktar battalji diffiċli li affaċċjat. Tgħaddi messaġġ lil dawk li għaddejjin minnha.
"Lil kull min qed jgħaddi minn dan bħalissa, titilfux it-tama. Intom aktar b’saħħitkom milli taħsbu. U lil kull min qed jaqra dan: jekk jogħġobkom, ħudu ħsieb tagħkom infuskom u iċċekkjaw regolarment."
Mariska hi tassew mara ta' kuraġġ, ta' ispirazzjoni u li qed tappoġġja ħafna persuni!