Riċentament, Malta uffiċjalment ikkonfermat li ser tkun qed tieħu sehem fil-Eurovision tal-2027 li ser ikun qed isir ġewwa Burgas fil-Bulgarija. Malta issa huma parti mill-20 pajjiż li s’issa kkonfermaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-71 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, fejn fosthom hemm il-Kanada li ser ikunu jagħmlu d-debutt tagħhom fil-kompetizzjoni s-sena li ġejja.
Malta ilha tagħmel parti mill-istorja ta’ dan il-festival mill-1971 fejn idebutta f’isem Malta Joe Grech permezz ta’ Marija l-Maltija. Għalkemm Malta għadha ma rebħitx il-Eurovision, rajna riżultati sbieħ fosthom it-tieni post fl-2002 u 2005 u t-tielet post fl-1992 u l-1998.