Il-mużiċist Andrew Vella u l-imħabba ta' ħajtu l-attriċi Christie Cachia ser ikunu qed jippjanaw il-ġurnata speċjali tagħhom - il-jum meta jgħidu iva lil xulxin.
Christie qasmet ritratt biċ-ċurkett. Hi tikteb, "Mela... Milli jidher ser ikolli tieġ x'nippjana." Kif ħafna jafu Christie taħdem bħala organizzatriċi tat-tiġijiet, fejn timxi id f'id mal-koppji fil-proċess waqt li jorganizzaw il-jum speċjali tagħhom.
Din id-darba ser tkun qed torganizza t-tieġ tagħha! Awguri mill-qalb Andrew u Christie!
Facebook/ Christie Cachia