“Francis Zammit Dimech Għandu Bżonn It-Talb” – L-MP David Agius

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-Membru Parlamentari David Agius kiteb messaġġ biex isaqsi s-segwaċi tiegħu jitolbu għall-aġent president Francis Zammit Dimech.

Hu spjega, “Ħbieb, Francis Zammit Dimech għandu bżonn it-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli. Kuraġġ Francis. 19.04.2025”

Inżommu lil Francis Zammit Dimech fit-talb tagħna f’dawn iż-żminijiet diffiċli biex jekk Alla jrid jaqleb għall-aħjar malajr kemm jista’ jkun. Nitolbu biex Alla jżomm idejh fuqu u jneħħilu kull tbatija.

Fil-kummenti bosta nies diġa bdew jikkummentaw li qed jitolbu għalih u qed joffru ħsibijiethom għalih u għall-familjari u l-ħbieb tiegħu biex kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid.

Facebook / David Agius u Francis Zammit Dimech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI