Minn għada, fi Franza, se jkun illegali li wieħed ipejjep f’ġonna pubbliċi, bajjiet kif ukoll fil-vendi tal-linji. L-iskop ta’ din il-liġi huwa li t-tipjip ma jiġix inkorraġut fost it-tfal.
Skont studju li sar jidher li 62% tal-poplu Franċiż huwa favor projbizzjoni totali fuq tipjip f’żoni pubbliċi. Dan hekk kif ‘il fuq minn 75,000 huma mistennija li jitilfu ħajjithom fi Franza minħabba problemi ta’ saħħa kkawżati proprju mit-tipjip.
Il-gvern Franċiż spjega kif dawk li jiksru din il-liġi se jkunu suġġetti għal multa ta’ €135.
Taħsbu li din il-projbizzjoni għandha tiddaħħal f’Malta wkoll?
Ritratti: PlanetSpark u WeForum