Fuq il-midja soċjali bosta sellmu l-memorja tal-awtur Bormliż Sam Delceppo. Sam hu kittieb ta’ bosta radjudrammi, sensiliet, kif ukoll programmi għar-radju u għat-televiżjoni.
Hu kiteb rumanzi, għadd ta’ novelli u xogħlijiet oħra li ġew ippubblikati f’Malta. Kellu xogħol li saħansitra nstema’ fuq stazzjon tar-radju ġewwa l-Awstralja. Sam kiteb fosthom is-sensiliet televiżivi Sptar San Valentinu, Imbierek il-Għażż u Fredu l-Fra.
Kien ġie premjat għar-radjudrammi, teleplays u serials. Sam jibqa’ magħruf bħala awtur ta’ kummiedji għall-palk, ġabra ta’ novelli fil-magażin Antenna u r-rumanz Il-Qtil tat-Tabib Zammit (Bronk Productions).
Sam kien ippubblika r-rumanz Passjoni ta’ Mħabba (BDL Publishers) lura fl-2015. Kittieb anke ta’ diversi peagents ta’ lejlet il-Milied li ġew imtellghin mill-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Parroċċa.
Strieħ fis-sliem għażiż, u Grazzi tal-legat li ħallejt, li ċertament ser jibqa’ jissemma’!