Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantawtriċi lokali Julie Pomorski. Lura fl-2007 waslet sas-semifinali tal-Malta Song for Europe b’Look At Me (Philip Vella).
Rajnieha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza, u lura fl-2015 rebħet il-konkors Summer Hit Song Contest, bil-kanzunetta Tabula Rasa, (Augusto Cardinali u Ġiovann Attard).
Julie, flimkien ma’ Kapitlu Tlettax, kienet parteċipanta fit-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta Wiċċ B’Ieħor (Emil Calleja Bayliss u Cyprian Cassar) Lil Julie matul is-snin rajnieha wkoll bħala attriċi fosthom f'Undercover, Becky The Return, L-Ispettur Lowell u It-Tfal.
Illum il-ġurnata Julie taħdem bħala għalliema tal-Kindergarten, iżda bla dubju hija magħrufa għall-ħafna talenti tagħha; iż-żfin, ir-reċtar u l-kant. Rajnieha anke tippreżenta fuq it-televiżjoni, riċentament waqt Ta' Kuljum.
Awguri mill-qalb għażiża Julie u nawgurawlek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Julie Pomorski