“Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Tajt Lill-Hibernians U Lil Raħal Ġdid” – Darren Lynch F’Jum Twelid Tony Bezzina

Lynch dwar Tony

Darren Lynch sellem il-memorja tal-mibki Tony Bezzina, eks President ta’ Hibernians, f’messaġġ emozzjonanti li qasam fuq il-midja soċjali.

Lynch fakkar b’għożża l-mumenti li kellu miegħu, fosthom ġest li baqa’ mnaqqax f’qalbu, meta Tony Bezzina kien ċempillu personalment f’għeluq sninu biex jawguralu.

Huwa stqarr li kellu rispett u ammirazzjoni kbira lejh, mhux biss għal dak kollu li wettaq għal Hibernians, iżda fuq kollox għall-karattru tiegħu bħala ġentlom, li dejjem sab ħin għal kulħadd u li kien magħruf għall-umiltà tiegħu.

Fil-messaġġ tiegħu, Lynch enfasizza li l-memorja ta’ Bezzina se tibqa’ ħajja fil-qlub ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti jsiru jafuh. Huwa rringrazzjah għal dak kollu li ta lill-klabb ta’ Hibernians u lil Raħal Ġdid, filwaqt li temm it-tislima tiegħu b’messaġġ mill-qalb: “Strieħ fis-sliem, Pres.

Happy Birthday in Heaven. Ma ninsewk qatt.” Tislima li tfakkar mhux biss il-kontribut tiegħu lejn il-futbol Malti u l-komunità ta’ Raħal Ġdid, iżda wkoll il-marka personali li ħalla f’ħajjet dawk li ltaqgħu miegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI