Oliver Scicluna fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam messaġġ dwar dak li ntqal fuqu. Hu jirrakkonta, "Ftit ilu wasalli għal widnejja li jien “cheap” għax inwieġeb il-korrispondenzi (emails) bil-Malti."
Hu jżid, "Dħakt kif qaluli, għax bħal speċi “cheap” għax nagħmel użu mil-lingwa tiegħi? Ngħidha kif inhi u nkun onest, inħossni iżjed komdu nikteb bl-ingliż għax il-Malti kemmxejn diffiċli, filfatt ġieli nieħu żbalji fl-ortografija għax qatt ma kien il-forte tiegħi. Għalkemm mingħajr dubju li ser nibqa' nikkomunika bil-Malti dejjem fejn jkun possibbli. Għandna xorti li l-Malti hija ligwa unika."
Prosit Oliver! Nieħdu gost nisimgħu b'nies bħalek! Għandna nużaw u niċċelebraw il-lingwa sabiħa tagħha!
Facebook / Oliver Scicluna