Xi drabi nagħżlu li nqattgħu ħafna ħin ma’ nies li wara nindunaw li ma jridulniex ġid. Kemm ikun aħjar kieku dan il-ħin nużawh biex inqattugħ ma’ nies li ġenwinament iħobbuna! Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Ivan Gaffiero qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ rigward dan.
Huwa beda billi qal, “Ftit ħin mal-għażiża ommi. Gawdu Kemm tistgħu l-ħin ma’ min tafu li vera jħobbkom. F’ħajti ħlejt ħafna ħin ma’ nies li kont nagħmel Alla tiegħi.”
Kompla billi żied jgħid, “Illum nagħżel il-kwalita ta’ nies li jien kollox għalihom, mhux nies li jużawk u jarmuk għal skop ta’ moħħom. Tlaqt kollox minn idi u ħriġna ftit flimkien.”