“Ftit Li Xejn Bqajt Nieħu Xogħol. Ma Nafx Jekk Hux Nuqqas Ta’ Nteress Jew Għax F’Ħajti Sibt Affarijiet Oħra” – Joe Demicoli

Il-kantant lokali Joe Demicoli fetaħ qalbu fuq il-paġna tiegħu fejn spjega li m’għadux jaċċetta daqshekk xogħol daqs qabel, iżda riċentament kellu opportunità li ddeċieda li jaċċetta għaliex l-udjenza dejjem tilqgħu b’mod verament sabiħ u jieħu pjaċir f’dak l-ambjent.

Hu kiteb, “Ftit li xejn bqajt nieħu xogħol. Ma nafx jekk hux nuqqas ta’ nteress jew għax f’ħajti sibt affarijiet oħra li jtuni iktar sodisfazzjon. Attività bħal din li ssir kull sena fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli ma ngħidx le għax ikun hemm udjenza ‘warm’ ħafna, apparti l-ambjent sabiħ.”

Kiteb ukoll qawl bl-Ingliż, “Great is the art of beginning, but greater is the art of ending.” Dan ifisser li għalkemm li tibda xi ħaġa ġdida mill-bidu hija xi ħaġa sabiħa ħafna, li tispiċċaha hi bil-wisq isbaħ.

 





Facebook / Joe Demicoli



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI