“Ftit Ritratti Li Juru Kemm Joe Kien Żagħżuġħ F’Kull Mument Waqt Li Ngħozzu L-Memorji Li Qattajna Flimkien” – Xagħra Scout Group

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Xagħra Scout Group sellmu l-memorja ta’ Joe Spiteri li ħalla din id-dinja riċentament.

Huma qalu, ““Hello friends, how are you?” kienet l-introduzzjoni ta’ Joe Spiteri fid-dinja żagħżugħa  mżewqa b’dik virtwali meta 17-il sena ilu erġajna qajjimna x-Xagħra Scout Group. Qisu l-bieraħ li għall-ewwel meeting tax-Xagħra Pack ġiet din il-persuna li kellha mas-sittin sena … jgħidilna li kien scout fis-sebgħinijiet u li lest li jagħtina daqqa t’id. Forsi dak il-mument ma konniex ċerti x’jista’ jsarraf dan il-bniedem… iżda Joe kien hemm magħna f’kull mument tat-twaqqif u tisħiħ tal-grupp, f’mumenti ta’ dibattiti twal, f’mumenti t’impenn, u mhux b’inqas f’mumenti ta’ avventura.”

Żiedu jgħidu, “Ikollna nammettu li għalkemm konna nafu li kien dejjem preżenti, l-aħħar ftit ġranet niflu r-ritratti rrejalizzajna kemm kien lest li jagħmel kollox mingħajr ma jitlob xejn lura. Joe kien lest li jippareteċipa għal kull kamp, għal kull hike, għal kull parata, għal kull restawr li kellhom bżonn il-kwartieri, għal kull ħaġa tal-iscouts. Joe kien lest Ii jilqa’ lil dak li jkun, mill-kbir saż-żgħir, bi tbissima u b’qalb tad-deheb. Mit-turist li wasal ix-Xagħra mitluf u t-tifel li qed jibki, sal-leader li kien tard għal-laqgħa u kellu bżonn lil xi ħadd biex jiftaħ… Joe kien lest li jkun ta’ servizz, mingħajr ma jitlob xejn lura. Nistgħu nsemmu mitt elf memorja, iżda xejn ma jagħmel ħaqq lil dak li kien iwettaq Joe b’emozzjoni ferreħija u onesta.”

Qalu wkoll, “Inħallu biss dawn il-ftit ritratti li juru kemm Joe kien żagħżuġħ f’kull mument waqt li ngħozzu l-memorji li qattajna flimkien … filwaqt li nħossuh isejħilna u jgħidilna: “Hello friends, I have gone home”.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI