L-attivista lokali Joanna Mallia kitbet aħbar ta’ qsim il-qalb fuq il-paġna tagħha.
Hi spjegat li kienet ilha xhur tipprova ssib dar għall-frieħ ta’ qattusa, Fluff, li twieled nieqes mid-dawl, u oħtu Panda, biex isibu dar flimkien. Fluff kien jiddependi ħafna minn Panda minħabba li twieled mingħajr għajnejn. Il-ġimgħa l-oħra xi ħadd tħassarhom u offrielhom dar flimkien. Kulħadd kien ferħan immens jarahom jilagħbu flimkien u jħossuhom komdi fid-dar il-ġdida tagħhom.
Kompliet tispjega, “Ilbieraħ irċevejna messaġġ li Fluff ma kienx qed iħossu sew u għalhekk ħaduh għand il-vet. Ftit tal-minuti ilu lil Fluff sabuh bla ħajja fis-sodda ma’ oħtu għadha tieħu ħsiebu. Verament għandna qalbna maqsuma. Strieħ fis-sliem Fluff, kont żvinturat. Oħtok se tħoss ħafna nnuqqas tiegħek.”
Hi sitwazzjoni tassew ta’ qsim il-qalb, iżda m’għandniex dubju li fil-ħajja qasira li kellu, Fluff kien iħossu maħbub ħafna.
Facebook / Joanna Mallia