“Għada 26 Ta’ Frar Jagħlqu 55 Sena Miżżewġin” – Ivan Gaffiero B’Xewqat Sbieħ Għal Koppja Speċjali Ħafna Għalih

Il-preżentatur Ivan Gaffiero illum kien imiss jgħaddi l-isbaħ xewqat lil żewġ persuni importanti għalih, li għada 26 ta’ Frar ser jiċċelebraw avveniment importanti.

Fil-fatt il-ġenituri ta’ Ivan għada jagħlqu 55 sena miżżewġin u Ivan ħa ħsieb iħallilhom messaġġ speċjali u anke ritratt sabiħ. “Minn qalbi nawgura lill-ġenituri tiegħi li għada 26 ta’ Frar jagħlqu 55 sena miżżewġin. Awguri għall-ħafna snin ta’ saħħa”. 

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja ħelwa aktar snin ta’ saħħa, hena u suċċessi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI