Għada fost is-semi-finalisti tal-Malta’s Got Talent, ser naraw lil oħt il-ġurnalist Keane Cutajar, Emma!
Keane bħala ħuha jinsab kburi mmens biha u ċertament ħerqan biex jara lill-għażiża oħtu thiddi bħal stilla għada quddiem Malta u Għawdex. Hu ħejjielha filmat mill-isbaħ mżewwaq b’ritratti u filmati diversi mimlijin memorji. Ħallielha anke messaġġ mill-qalb fejn awguralha mill-qalb għal għada.
“Għada d-destin tiegħek ser ikun f’idejn il-pubbliku Malti u Għawdxi permezz tat-televoting pero jiġri x’jiġri taqta’ qalbek qatt u ibqa’ għamel dak li tħobb u iġri wara l-ħolm tiegħek.”
Meta kienu iżgħar u kien ikollu bżonn jiffoka jew jistrieħ, Emma kienet ttellfu xi ftit hekk kif kienet tqatta’ ħin twil tkanta! “Kont nipprova nagħmel il-‘homework’ u nisimak tkanta. Kont nipprova nistrieħ u nisimak tkanta. Smajnik tkanta f’kull ħin tal-ġurnata. Min jaf kemm il-darba waqqaftek! Għada l-Ħadd mhux se nwaqqfek, anzi ser nkompli nkun kburi bik u b’dak li qed jirnexxielek tagħmel.”
Messaġġ ħelu mmens. Awguri Emma għal għada u prosit ta’ dawn l-erba’ kelmiet Keane! Għandha għalxiex tkun kburija li għandha lilek bħala ħuha!
Ara xi ġmiel ta’ filmat għamlilha HAWN!
Facebook/ Keane Cutajar/ Emma Cutajar