Għada jiġi ċċelebrat Jum il-Missier fejn l-għan ewlieni hu li jitfakkru l-missirijiet kollha anke dawk li sfortunatament m’għadhomx fostna.
Dan il-jum kien ġie ċċelebrat l-ewwel darba fl-Amerka lura fl-1910 iżda llum il-ġurnata jiġi ċċelebrat f’diversi pajjiżi anke jekk stess f’dati differenti minn xulxin.
F’Malta, dan il-jum huwa mfakkar minn kważi l-familji Maltin kollha fejn kulħadd jieħu l-opportunità sabiex jawgura u jirringrazzja lil missieru għal dak kollu li jkun għamel miegħu jew magħha matul is-sena.
Awguri lill-missirijiet kollha!
Ritratti: Freepik u Apartmentice