"Għada S-Sabiħa Tiegħi Zara Tagħlaq Sena… Ħajti Kompluta Biha U Ma Jonqosni Xejn Iżjed" – Belle

Belle li hija magħrufa għall-paġna tagħha Belle & Blake Live Shows esprimiet il-ferħ tagħha li għada bintha Zara tiċċelebra għeluq l-ewwel sena tagħha.

"Din kienet sena mimlija mħabba kbira, ferħ, għajjat, twerżiq u biki," saħqet Belle emozzjonata li fissret kemm hi kburija b'bintha u ddeskriviet dan il-perjodu bħala "l-aqwa żmien".

"M'għandix kliem biżżejjed biex nesprimi dak li nħoss għalik, għażiża binti, ħlief li ngħidlek li nħobbok ħafna," temmet tikteb. 

Idħol HAWN sabiex issegwi filmat li qasmet Belle għal din l-okkażjoni speċjali.

Awguri, Zara!

Ritratti: Facebook / Belle & Blake Live Shows

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI