L-istazzjon tar-radju ta’ Calypso fakkar il-memorja tal-preżentatur u attur Louis Fenech li kien ħalla din id-dinja fl-età ta’ 52 sena proprju tlett snin ilu.
“Għadna s’issa ma nistgħux nemmnu,” saħqu fuq il-mezzi soċjali tagħhom l-istazzjon ta’ Calypso li fissru wkoll kif in-nuqqas tiegħu għadu jinħass sal-lum il-ġurnata.
Filwaqt li ma’ bosta Louis huwa magħruf bħala wieħed mill-preżentaturi tal-istazzjon Calypso, oħrajn jiftakruh fl-episodji ta’ Dejjem Tiegħek Becky fejn kien jinterpreta l-parti ta’ Gejtu.
Strieħ fis-sliem, Louis!
Ritratti: Eileen Montesin u Facebook / Calypso Radio 101.8