"Għaddew 7 Snin Mindu Tlifnik Bla Mistenni, Għażiż Ħija Hugo… Tibqa' F'Qalbi Għal Dejjem!" – Isaac Chetcuti

Bħal-lum 7 snin seħħ il-qtil ta’ Hugo Chetcuti. Proprju llum ħuh Isaac fakkar il-memorja tiegħu u fisser kif minkejja li għaddew dawn is-snin kollha għadu jħoss sal-lum il-ġurnata n-nuqqas tiegħu.

“Għalija Hugo ma kienx biss ħija iżda kien ukoll l-aqwa ħabib li kelli, l-protettur tiegħi u kien dejjem jirnexxielu jżommni b’saħħti,” saħaq Isaac f’messaġġ kommoventi.

Hu kompla jappella lil kulħadd sabiex jgħix ħajtu bl-istess mod li kien jgħix ħuh Hugo fejn kien iħares lejn kollox b’sens ta’ mħabba, kompassjoni u gratitudni.

“Inti se tibqa’ f’qalbi għal dejjem, għażiż ħija Hugo,” temm jikteb Isaac.





Strieħ fis-sliem, Hugo!

Ritratti: Reddit u Facebook / Isaac Chetcuti



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI