Għaddew għaxar snin minn meta l-kantanta Rachel Fabri u żewġha Andrew qalu iva lil xulxin. Dan il-jum għażiż, li żgur iġib ħafna u ħafna memorji lil din il-koppja taċ-ċelebrazzjoni li kellhom mal-familja u l-ħbieb, Rachel taqsam ftit ritratti minn dak il-jum speċjali u tgħaddi messaġġ lil żewġha.
Hi tikteb, “Għaddew għaxar snin f’ħakka t’għajn! Grazzi ta’ dan l-għaxar snin mill-isbaħ flimkien bħala raġel u mara, hawn għall-bqija ta’ ħajjitna!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, aħna nixtiequ nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom ħafna u ħafna aktar snin feliċi flimkien. Awguri mill-qalb, nittamaw li l-imħabba tagħkom tkompli tkattar u tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien.
Facebook / Rachel Fabri