Seba’ snin ilu il-ħolma ta’ Christine-Ann Deasey saret realtà hekk kif hi ltaqgħet mal-Prinċep William fi żjara f’Malta.
Din kienet il-ħolma ta’ Christine għal tlettax-il sena. Hija ssegwi l-Familja Rjali b’attenzjoni u hija fan kbir ta’ Lady Diana. Wieħed jista’ jimmaġina biss dak li ħasset meta ltaqgħet mal-Prinċep! L-esperjenza kienet surreali u maġika kif tiddeskriviha.
“Kif ġie fuqna, għall-ewwel immutajt,” qalet Christine. Iżda meta induna li kienet eċċitata, huwa qalilha li m’hemmx għalfejn tkun. Huwa kien umli u ġentili ħafna skontha, bħal ommu.

Facebook/Christine-Ann Deasey