Fuq il-paġna Innocent Paws – Maria D’Amato għadu kemm ġie mxerred appell importanti għall-pubbliku rigward kelb li ntlemaħ fil-periklu. Maria tikteb li rċeviet telefonata dwar dan u titlob l-appoġġ u l-kontribut tagħna lkoll.
“Għadni kif irċevejt telefonata li kelb abjad kbir (jidher qisu huskie) qed jiġri waħdu f’bypass perikoluża ħafna. Maġenb showroom antika ta’ Vodafone. Jidher mitluf, għajjien imma qed jaqsam, u hemm ċans kbir li jtajruh. Ġentilment oqgħodu attent u xerrdu, bit-tama li sidu jara l-post u jkun jista’ jmur direttament fuq il-post!”
Xerred il-post ta’ Maria.