Għall-Milied Ta' Din Is-Sena N-Nies Se Joħorġu Jew Ħa Jibqgħu Ġewwa? – Ara X'Wieġbu

Is-sit Times of Malta ħabbru statistika ta’ x’qalu n-nies rigward kif se jqattgħu il-Milied ta’ din is-sena meta tara li l-pandemija tinsab fl-aqwa tagħha.

L-awtoritajiet diġà avżaw biex wieħed joqgħod lura milli jkollu kuntatt bla bżonn ma’ ħafna nies f’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Mir-risposti li ġabar is-sit dwar dan jidher li aktar minn nofs il-parteċipanti fis-servej qalu li bi ħsiebhom iqattgħu l-festi tal-Milied f’darhom weħidhom jew flimkien mal-maħbub/a. Ftit inqas minn dan l-ammont qalu li hu biżżejjed għalihom li jiċċelebraw mal-familji tagħhom biex b’hekk iżommu siguri.

Apparti l-persentaġġ żgħir li għadu ma jafx x’ser jagħmel f’din l-istatistika HAWN nistgħu naraw li hemm ftit nies li bi ħsiebhom joħorġu jieklu f’xi ristorant. Din sfortunatament ser tkun daqqa ta’ ħarta għas-sidien tar-ristoranti, għalkemm ħafna qed jużaw is-sistema tat-take-away meta jordnaw minn barra.

Int x’se tagħmel? Iddeċidejt?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI