"Għamiltna Kburin Għal Darb'Oħra Biż-Żieda Ta' Membru Ġdid Fil-Familja Leuellen" – Aħbar Sabiħa Mingħand Owen Leuellen

Aħbar mill-isbaħ mingħand Owen Leuellen hekk kif għadu kif sar ziju għal darb’oħra! Owne ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook flimkien ma’ diversi ritratti tal-membru ġdid fil-familja, iċ-ċkejkna Mila!

“Alla jbierek oħt Donna! Għamiltna kburin għamiltna kburin għal darb’oħra biż-żieda ta’ membru ġdid fil-familja Leuellen… bħal-lum sena u għaxar xhur tajtni liċ-ċkejken Max u issa lil oħtu ż-żgħira Baby Mila.”

Owen jgħid lil oħtu li ġabet ferħ kbir fil-familja bil-wasla taż-żewġ ċkejknin. Jirringrazzjaha hekk kif għamlitu ziju kburi għal darb’oħra. Owen xerred anke xi ritratti tal-okkażjoni. 

F’isem Gwida.mt nifirħu lill-familja Leuellen għal din il-grazzja mill-isbaħ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI