Illum jiċċelebra għeluq sninu l-MEP Thomas Bajada, li jiġi l-iżgħar MEP Malti. F’dan il-jum hu jaqsam ritratt tiegħu żgħir u jaqsam riflessjoni ħelwa. Thomas jikteb, “31 Illum. Dan ir-ritratt tiegħi meta kont tifel ifakkarni kemm ftit nafu dwar it-triq quddiemna u kemm il-ħajja tiżvolġi f’modi li qatt ma nistennew.”
Hu jkompli, “Sena ilu, dħalt fi rwol li qatt ma stajt nimmaġina dak iż-żmien. Li naqdi bħala Membru tal-Parlament Ewropew hija unur profond – wieħed li jiġi b’responsabbiltà kbira u tagħlim kontinwu. Ma nieħu xejn ovvju.”
View this post on Instagram
Thomas jikkonkludi, “Illum, qed inħossni grat lejn in-nies li appoġġjawni, il-lezzjonijiet li ffurmawni, u ċ-ċans li nikber f’ħajja li għadha tinħass li għadha kemm bdiet. Għandna nibqgħu b’saqajna mal-art u nkomplu naħdmu biex insiru verżjoni aħjar tagħna nfusna. U dan hu ringrazzjament mill-qalb lilek.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu saħħa, hena u paċi f’qalbu. Awguri mill-qalb!
Instagram / Thomas Bajada